Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Xwejni Salt Pans Leli tal-Melh, ħabbru l-mewt ta’ Leli tal-Melħ li ħalla din id-dinja riċentament. Leli iddedika ħajtu għall-produzzjoni tal-melħ fis-salini X-Xwejni limiti taż-Żebbuġ Għawdex. Persważ li dawk li kienu jmorru jgħumu jew jimxu fil-viċinanzi ta’ sikwit ltaqgħu ma’ Leli.
Huma qalu, “B’niket kbir, il-familja Cini tħabbar li Emanuel Cini, magħruf bħala “Leli tal-Melħ”, ħalla din id-dinja fil-paċi, imdawwar mill-familja tiegħu, fit-18 ta’ Marzu 2026. Se ssir ċelebrazzjoni tal-ħajja nhar it-Tnejn, 23 ta’ Marzu. Il-korteo funebri jitlaq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fit-15:30 lejn il-Knisja Parrokkjali taż-Żebbuġ, Għawdex, fejn ser tiġi ċċelebrata quddiesa fl-16:00.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill familjari kollha tiegħu. Jistrieh fis-sliem.