Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina sellmu l-memorja ta’ Karmenu Gatt li ħalla din id-dinja.
Huma qalu, “L-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina tixtieq twassal il-kondoljanzi u l-faraġ lil familja Gatt għat-telfa ta’ Karmenu Gatt li kellu devozzjoni lejn San Ġużepp huwa għadda għall-ħajja ta’ dejjem nhar is-Sibt, 6 ta’ Dicembru, fl-età ta’ 85 sena.”
Żiedu jgħidu, “Il-funeral tiegħu se jiġi iċċelebrat nhar it-Tlieta, 9 ta’ Diċembru 2025, fil- Knisja Santa Marija ta’ Ġesù – Patrijiet Franġiskani – Rabat, fis-2pm. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi lilu. Ammen. Fil-mewt tagħna ieqaf magħna O Missier l-aktar ħanin.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.