Iħallilha D-Dar Fil-Wirt Wara Li Għal 23 Sena Sħaħ Dejjem Ħallset Il-Kera Fil-Ħin

Mara li għal 23 sena sħaħ dejjem ħallset il-kera fil-ħin tħalliet mistagħġba meta rċeviet telefonata fejn qalulha li sid il-kera li kien ħalla din id-dinja xi jiem qabel kien iddeċieda permezz tat-testment tiegħu li jħalli d-dar lilha.

Il-każ seħħ fl-Awstralja b’sid il-kera li ħalla din id-dinja ta’ 86 sena u li ma kellux familja, ġie deskritt bħala bniedem ġeneruż li minkejja l-ġid li akkumula matul ħajtu dejjem għażel li jgħix ħajja sempliċi.

Issemma li sid il-kera kien ġie ispirat sabiex iwettaq dan il-ġest nobbli hekk kif iżjed minn 30 sena qabel hu stess kien ġie bżonn ta’ kilwa u kien grat ħafna meta sab lil xi ħadd lest jagħtih il-kilwa tiegħu bħala trapjant.







Ritratti:

Facebook / Humanity Life u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI