Iħallina N-Nannu Ta' Matt Black

Il-kantant magħruf Matt Black, fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, ftit sigħat ilu, ħabbar li n-nannu tiegħu għadu kemm ħalliena.





Matt Black jaqsam ritratt li kien ħa man-nannu tiegħu flimkien ma’ messaġġ lin-nannu tiegħu biex ifakkru jsellem lil missieru għalih u biex issa jistrieħ fis-sliem. Għal dan il-messaġġ ta’ qsim il-qalb, u għal din it-telfa kbira għal Matt Black bosta taw il-kondoljanzi sinċiera tagħhom u fakkru l-ġentilezza u l-irġulija tan-nannu ta’ Matt Black.

F’isem Gwida nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Matt Back u lill-għeżież kollha tan-nannu tiegħu. Strieħ għaldejjem fis-sliem, għażiż!

Facebook / Matt Black 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI