"Ħija Croce Bħalissa Qiegħed F'Pożizzjoni Illi Jrid L-Għajnuna 24/7" – Karl Bonaci

Jumejn oħra ħa tkun qed tittella’ l-maratona b’risq Dar Bjorn, maratona li l-għan tagħha hu li tinfetaħ it-tieni dar li fiha Bjorn jista’ jilqa’ fiha tant pazjenti li għandhom bżonn.

Karl Bonaci, tkellem bl-aktar mod onest dwar is-sitwazzjoni li jinsab fiha ħuħ Croce. Ħuh Hermann kien ġa tkellem fuq is-sitwazzjoni tal-familja u qal li ħuh jirrikjedi kura kontinwa.

Karl qal li ħuh għandu bżonn lil xi ħadd miegħu 24 siegħa kuljum, 7 darbiet fil-ġimgħa. Mhux faċli xejn! Karl jistqarr li Bjorn ġie mibgħut minn Alla biex jgħin lil ħaddieħor.

Nhar il-Ħadd li ġej wieħed jista’ jgħin fil-maratona ġbir ta’ fondi li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali.





Facebook / F Living



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI