Ikel Tradizzjoni U Staġjonali Tar-Randan F’Malta – Ikel Maħbub Minn Bosta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kappa Vision tkellmu dwar ikel tradizzjonali u staġjonali tar-Randan f’Malta fejn tkellmu dwar il-qagħaq tal-appostli, sfineġ u anke hot cross buns

Qalu, “Is-sfineġ (singular: sfinġa) huma blalen tal-għaġina moqlija, mimlijien b’mili mielaħ bħall-inċova. Jinbiegħu fiż-żmien ir-Randan u l-Għid. L-isfineġ ikunu ħfief u jqarmċu. Jinqlew sakemm jieħdu kulur id-deheb. Teżisti wkoll verżjoni ħelwa, magħrufa bħala s-sfineġ ta’ San Ġużepp. Dawn ikollhom mili tal-irkotta u l-għasel u ssibhom għall-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu.”

Żiedu, “Il-Qagħaq tal-Appostli hu l-ħobż tradizzjonali u staġonali Malti li jinħema u jittiekel speċifikament matul ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Dan il-ħobż huwa kbir u għandu l-forma ta’ ċirku jew qagħaqa. Tradizzjonalment, ikun miksi bil-ġulġlien u bi 12-il lewża sħiħa, li jissimbolizzaw it-tnax-il appostlu. Qagħqa tsl-appostli jkollha l-qoxra tqarmeċ u qalba ratba u ħafifa. Il-qagħaq tal-appostli huwa assoċjat mal-Aħħar Ċena.”

Qalu wkoll, “Il-hot cross buns huma ħelu popolari f’Malta li ssibhom għall-bejħ ukoll waqt ir-Randan u l-Għid. Wisq probabli ddaħlu Malta mill-Ingliżi. Il-hot cross buns huma ħbejżiet ħelwin, imħawrin u bil-biċċiet tal-frott, u jkollhom salib fuqhom li jirrappreżenta il-Kurċifissjoni.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI