B’kollox kien hawn 81 fatalita bil-Covid-19. Fi stqarrija mill-ministeru tas-Saħħa, ġie mħabbar li mietu tlett irġiel waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.
Fl-ewwel każ, raġel ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, raġel ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-3 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, raġel ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Sfortunatament l-irġiel kollha kienu avvanzati fl-età u ħallewna. Gwida.mt tingħaqad mal-ministeru tas-saħħa u jibgħat il-kondoljanzi lill-familji kollha. Nappellaw biex il-miżuri ta’ prevenzjoni jkunu osservati, biex b’hekk nibqgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli.