L-aħħar informazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika turi li instabu żewġ każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan iż-żewġ każijiet ħarġu minn 1016-il test li saru tul dawn l-aħħar 24 siegħa. Iż-żewġ każijiet tal-lum kienu każijiet sporadiċi, każ minnhom kellu s-sintomi u l-ieħor ma kellu ebda sintomu.
L-aħbar tajba hi li fieq persuna li kien pożittiv. Dan ifisser li t-total ta’ każijiet pożittivi f’pajjiżna issa hu ta’ ħamsa. Ilna jiem ma jkollna aktar minn każ wieħed. Dan ifakkarna li wieħed għandu jibqa’ għaddej isegwi l-miżuri li ħarġu d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biex inkunu aktar siguri.
Facebook / Saħħa