Iċ-ċkejken Jamie ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Adrian illum għalaq 5 snin. Fi kliemha, Evelyn spjegat f’kemm tifel ħelu u ta’ mħabba qed isir Jamie. “Ikkulurajtilna ħajjitna iżjed minn b’mod wieħed”, kitbet Evelyn.
“Kuljum nitlob lil Alla biex jgħinni nżommlok idejk f’dan il-vjaġġ, jgħinni niggwidak u jurini t-tajjeb mill-ħażin”, kompliet Evelyn waqt li stqarret li għalkemm din il-ħajja qatt mhi faċli, qed jieħdu gost jgħixuha flimkien.
Awguri Jamie! It-tim kollu ta’ Gwida.mt jawguralek l-isbaħ affarijiet tul ħajtek!
Ritratt: Facebook/ Evelyn Saliba La Rosa