Ikollna nistqarru magħkom li kif rajna dan il-platt ta’ sushi bqajna kemxejn b’ħalqna miftuħ! Ir-raġuni hija waħda sempliċi, qatt u qatt ma immaġinajna li sushi jista’ jidħol b’xi mod jew ieħor fil-kċina Maltija. Iżda Yakof Debono, li hu għalliem tal-Home Economics & Hospitality ħareġ b’din l-idea innovativa li żgur li ħa tinżel tajjeb mal-Maltin.
Hu rnexxielu joħloq sushi bi tliet prodotti partikolari Maltin, għamel wieħed bil-qarnit, ieħor bil-fniek u ieħor bil-bigilla. Insomma aħna nħeġġukom li żżur waħda s-sit tiegħu u hemm ħa ssibu minjiera ta’ riċetti interessanti, bnini u wkoll b’laqta’ Maltija. Xi trid aktar! Idħlu HAWN u ssibu ħafna aktar.
Facebook / Yakof Debono