Il-paġna popolari Gerald Fenech Covid19 News Updates gaħmlet mistoqsija sempliċi ħafna, u fl-aħħar ħames sigħat wieġbu din il-mistoqsija aktar minn elfejn persuna. Elfejn persuna li donnhom għandhom l-istess opinjoni dwar is-suġġett.
Il-mistoqsija hi waħda sempliċi, int ħa ssiefer f’Lulju? 92% wieġbu li le mhux ħa jsiefru. Jidher biċ-ċar, li s-segwaċi ta’ din il-paġna li l-maġġoranza tagħhom huma Maltin lesti li jistennew u jaraw x’ħa jkun qed jiġri madwar l-Ewropa qabel jiddeċiedu li jmorru fuq xi btala.
8% biss wieġbu li huma lesti li jsiefru. Int kieku x’tagħmel? Għidilna naqra fil-kummenti ta’ Facebook l-opinjoni tiegħek.