"Il-Ħajja Tagħha Xejn Ma Kienet Sabiħa… Imma 15-il Sena Ilu Sabet Lil Kurt… Intervista Li Għamlet Kuraġġ Lil Ħafna Nies" – Ivan Gaffiero

Il-preżentatur Ivan Gaffiero kiteb dwar mistiedna li kellu fil-programm, koppja li minkejja l-ostakli u l-isfidi tal-ħajja, baqgħu hemm għal xulxin. 

“Koppja mimlija kuraġġ u tama. Koppja li jħobbu verament lil xulxin. Mara ta’ 40 sena li tgħid li ilha tbatti bid-dipressjoni minn meta kellha 7 snin biss. Il-ħajja tagħha xejn ma kienet sabiħa. Ħames snin ilu joħroġilha wkoll kanċer.”

Ivan ikompli, “15-il sena ilu sabet lil Kurt. Raġel li jagħmel minn kollox biex martu tfieq, biex jaraha kuntenta. Intervista li għamelt kuraġġ lil ħafna nies.” FIr-ritratt li tefa’ Ivan jidher anke Lorry tal-Arloġġi li kellu rigal sabiħ għall-koppja.

Prosit Ivan, u lil din il-koppja, li ċertament qed ikunu ta’ ispirazzjoni għal kull min isegwi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI