"Ilħaq Il-Ħolm Tiegħek, Qalbi" – Moira Delia B'Tgħanniqa Speċjali Qabel Ma Jħalli Malta Lil Binha Ġanni

Apparti preżentatriċi u attivista dedikata, Moira Delia nafuha wkoll bħala omm li tant tagħti sapport lil binha Ġanni f’kull ħaġa li jagħmel. Wasal iż-żmien li tbati xi ftit aktar biex tissapportjah f’dak kollu li jixtieq, hekk kif ħa jħalli Malta biex imur jistudja barra.

Fil-fatt Ġanni gradwa fil-Bijoloġija fejn diġà għamel pass sabiħ fil-karriera tiegħu. Issa jmiss li jaħdem biex isir veterinarju, fejn ser ikun qed jistudja għal din il-karriera barra minn xtutna. “Ilħaq il-ħolm tiegħek, qalbi”, kien il-kliem li kitbitlu Moira Delia waqt li xerrdet ritratt mill-isbaħ tagħha mgħannqa ma’ binha.

View this post on Instagram

A post shared by Moira Delia (@moira_delia)

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Ġanni kull suċċess u ħerqana biex narawh bħala veterinarju issa!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI