Il-kantanta lokali Nadine Axisa, magħrufa l-aktar għall-ġeneru jazz, ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha.
Nadine, kmieni dalgħodu ħalliet messaġġ b’ringrazzjament, “Ilħaqna l-40! Sena oħra, sena oħra. Jien imbierka u grata li nkun imdawra minn nies li jħobbuni u japprezzawni. Grazzi tal-bosta xewqat ta’ għeluq snini, nibgħat tgħanniqa lilkom ilkoll. Ibqgħu siguri!”
Il-kantanta fl-aħħar edizzjoni tal-Malta Music Awards rebħet il-premju tal-aqwa album bil-lingwa Maltija. Album li fih uħud mill-kanzunetti klassiċi Maltin interpretati b’mod differenti minn kif nafuhom issoltu. Album li wieħed żgur li tassew jieħu gost jisma’.
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Nadine l-isbaħ xewqat u nittamaw li kellha ġurnata mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha.