Fuq il-paġna uffiċjali Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division kitbu dwar appelli biex il-pubbliku jikkollabora biex l-ambjent jinżamm nadif, u biex ikun responsabbli.
“Il-bajjiet tagħna nieħdu ħsiebhom is-sena kollha mhux fl-istaġun tas-sajf biss. Dan hu Is-Servizz Pubbliku din hi Clean Malta. Biex twassal ir-rapport tiegħek, tagħmel ilment jew suġġeriment uża l-app CLEAN and UPKEEP…”
Nistgħu nibagħtu anke direttament lid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika. Huwa importanti li ninkludu l-pin location biex il-Customer Care Unit jinforma minnufih.
Prosit u Grazzi lill-ħaddiema li jaħdmu bla waqfien!