Il-Band Europe Se Tkun Qed Iżur Pajjiżna F’Novembru Ta’ Din Is-Sena – Żgur Li Ħafna Jafu S-Silta Tagħhom The Final Countdown!

Aħbar li żgur se tqanqal lill-partitarji tal-mużika rock hekk kif il-band leġġendarja Europe, magħrufa għall-kanzunetta ikonika The Final Countdown, se tkun qed iżżur lil Malta f’Novembru li ġej.

Il-band Żvediża se tkun il-headliner tal-Malta Metal Weekend, avveniment li qed jitħejja biex jiġbor flimkien uħud mill-akbar ismijiet fix-xena tal-metal u rock internazzjonali. Din il-prestazzjoni tifforma parti minn tour speċjali li qed ifakkar 40 sena mill-ħruġ ta’ The Final Countdown, waħda mill-aktar kanzunetti magħrufa tas-snin 80.



Flimkien ma’ Europe, diversi artisti u bands oħra diġà ġew ikkonfermati, fosthom Kreator, Paradise Lost, Omnium Gatherum, Doro, Dirkschneider u Candlemass, fost oħrajn.



Il-festival, organizzat minn NnG Promotions, se jsir ġewwa Eden Arena bejn it-13 u l-15 ta’ Novembru, u mistenni jattira numru kbir ta’ dilettanti tal-mużika minn Malta u barra. Dan l-avveniment jikkonferma għal darb’oħra li Malta qed tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha bħala destinazzjoni għal kunċerti u festivals internazzjonali, b’esperjenza li żgur se tkun waħda memorabbli għal kull min jattendi



Ritratti:

Facebook / Europe

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI