Il-Bandiera Maltija Tperper Rebbieħa Għal Darb'Oħra – Min Imiss?

Wara 24 siegħa, il-bandiera Maltija tirbaħ l-isfida kontra l-bandiera tas-Serbja. Il-bandiera Maltija rċeviet madwar 11-il elf vot, filwaqt li dik tas-Serbja rċeviet madwar se 7,300 vot. Dan ifisser li b’62% tal-vot, il-bandiera Maltija tkompli għaddejja f’din il-kompetizzjoni.





Għal darb’oħra il-Maltin urew il-qawwa tagħhom, kif ingħadu flimkien biex jivvutaw u jħeġġu lill-Maltin oħra jagħmlu l-istess. Dan jixhed minn numru kbir ta’ shares li kellha din il-poll li saret fuq Facebook. Jidher li l-votazzjoni bejn bnadar ta’ pajjiżi oħra mhux qed jilħqu n-numri ta’ dik tal-bandiera Maltija.

View this post on Instagram

A post shared by Solo Travel Girl (@solotravel_girl) on Sep 18, 2019 at 6:20am PDT

Dalwaqt niskopru min ħa jkun l-avversarju l-ġdid tagħna f’din il-kompetizzjoni online tal-bnadar. Tgħid ħa jirnexxilna nirbħu din l-isfida?

Instagram / MarDebat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI