Il-Bars F'Malta Se Jibqgħu Magħluqin Sal-Ewwel Jum Tas-Sena L-Ġdida – Il-Ministru Chris Fearne Jappella Għall-Aħħar Sforz

Il-bars madwar Malta jidher li se jibqgħu magħluqa u r-restrizzjonijiet fuq snack bars se jibqgħu japplikaw, sa mill-inqas l-ewwel jum tas-sena 2021. Dan ġie kkonfermat mill-Ministru għas-Saħħa u deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt li lbieraħ kien qed jitkellem fuq il-programm ta’ TVM Xtra.

Ir-restrizzjonijiet kienu se jiskadu fl-1 ta’ Diċembru, iżda jumejn ilu l-Prim Ministru kkonferma li dawn ħa jibqgħu magħluqa għall-ġimgħat li ġejjin. Fearne lbieraħ ħabbar li ġew estiżi sal-1 ta’ Jannar. Wieħed jistenna li s-sitwazzjoni terġa’ tiġi analizzata u deċiżjoni tittieħed skont x’ħa jiġri f’dawk il-jiem.

“Din ma kinitx deċiżjoni faċli,” qal Fearne filwaqt li ħeġġeġ lin-nies biex iżommu s-sens ta’ responsabbiltà jekk ikunu ser jorganizzaw jew inkella jattendu xi funzjonijiet privati matul l-istaġun tal-festi.

“Ma ridniex nagħmlu laqgħat privati illegali, bħalma għamel ir-Renju Unit, iżda dan ma jfissirx li m’għandniex inkunu responsabbli sakemm titqassam il-vaċċin Covid-19,” hu appella. Dan għandu jsir mhux biss għas-saħħa tiegħek iżda wkoll għas-saħħa ta’ dawk madwarek.

“Dan il-Milied se jiġi u jmur u nkunu tajbin meta jiġi l-Milied is-sena d-dieħla.”

Facebook / Chris Fearne







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI