Il-Belġjani u anke l-Maltin li jinsabu fil-Belġu se jkunu jistgħu jżuru Malta mill-ġdid mill-15 ta’ Lulju. Gwida.mt jista’ jikkonferma dan wara kuntatt li sar mal-ambaxxatur Malti fil-Belġju s-Sur Ray Azzopardi.
Il-Ministeru tas-Saħħa Pubblika nhar il-Ġimgħa ppubblika lista ta’ pajjiżi li għalihom il-Maltin huma permessi jivvjaġġaw u li minnhom il-vjaġġaturi għandhom permess jidħlu fil-gżejjer Maltin. Kważi 30 pajjiż huma kkonċernati. Minbarra l-Belġju, dan jinkludi pajjiżi bħar-Renju Unit, l-Olanda, il-Bulgarija u r-Rumanija.
Jidher li l-Ambaxxatur Malti fil-Belġju ħadem sabiex mill-15 ta’ Lulju, l-ivjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi jkun possibbli. Il-fatt li Malta kienet qed timponi kwarantina fuq il-pajjiż Belġjan, dan wassal sabiex Malta titmexxa għaż-żona l-ħamra.
Dan l-aħħar snin Malta rat żieda fit-turisti Belġjani wkoll. Il-fatt li pajjiżna hu wieħed mill-aktar pajjiżi siguri fl-Ewropa taf jgħin sabiex il-Belġjani jsibu ruħhom lejn xtutna mill-ġdid.