Il-gvern Belġjan poġġa lil Malta fil-lista taż-żona l-ħamra tiegħu, fejn l-ivvjaġġar mhuwiex rakkomandat.
Malta ngħaqdet ma’ Spanja u l-Portugall kif ukoll mal-Finlandja, l-Irlanda u n-Norveġja fuq lista ta’ postijiet li l-gvern Belġjan qed jipprojbixxi liċ-ċittadini tiegħu biex jivvjaġġaw sakemm ma għandhomx bżonn partikolari.
Dawn iż-żoni jfisser li għandhom riskju għoli ħafna u huma bbażżati fuq kriterji epidemjoloġiċi oġġettivi. Il-fatt li Malta għandu biss ħames każijiet attivi għall-Covid-19, iqajjem il-mistoqsija għala pajjiżna jinsab fuq din il-lista.
The Brussels Times tgħid li l-inklużjoni ta’ Malta probabbilment hija marbuta mal-kwarantina obbligatorja ta’ Malta għal dawk li jivvjaġġaw minn Brussell. Il-gvern Malti, se jneħħi l-kwarantina obbligatorja għal dawk li jivvjaġġaw mill-Belġju fil-15 ta’ Lulju.
Sa dakinhar, kull min jivvjaġġa mill-Belġju jkollu jibqa’ fi kwarantina obbligatorja.