Il-Belt ta’ Barċellona jista’ jkollha tirritorna f’lockdown fil-ġimagħtejn li ġejjin. Dan ifisser li tkun qed taqfel miljuni ta’ residenti fi djarhom, sakemm l-għadd ta’ infezzjonijiet ġodda tal-Covid-19 jibda jonqos.
It-twissija, mill-kap tal-monitoraġġ tal-Coronavirus f’Katalunja, wasal hekk kif ir-rati ta’ infezzjoni fi Spanja komplew telgħin, u dan jipperikola l-ftuħ mill-ġdid b’kawtela tal-industrija tat-turiżmu.
Jacobo Mendioroz, epidemjologu u kap tal-monitoraġġ għall-Covid-19, ħareġ il-messaġġ tiegħu wara eżodu minn Barċellona ta’ nies li sejrin vaganza. Nhar il-Ġimgħa erba’ miljun persuna fil-belt u r-reġjun tal-madwar ġew imħeġġa jibqgħu d-dar biex iwaqqfu t-tixrid ta’ aktar infezzjoni.
“Il-pass li jmiss huwa l-għeluq. . . Aħna verament ma għandniex għodda oħra biex nipproteġu liċ-ċittadini.”