"Il-Belt Valletta Llum Bkiet. Strieħu Fis-Sliem Ħbieb Tiegħi." – Alfred Zammit Isellem Il-Memorja Ta' Żewġ Ġentlomi

Is-sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit b’dieqa kbira xtaq isellem il-memorja ta’ żewġt irġiel li tant kienu magħrufin u maħbubin mill-pubbliku, speċjalment ġewwa l-Belt Valletta. Alfred jistqarr li li l-Beltin jinsabu f’luttu u dispjaċir illum.

Alfred joffri jiddeskrivi lil Sandro u Croce Bonaci bi kliem mill-isbaħ u anke xerred ritratt tagħhom bħala tifkira. “Illum il-Belt Valletta tinsab f’luttu u dieqa għax tilfet tnejn minn uliedha. Sandro Lapira u Croce t-tnejn b’karattru ġentili u ta’ qalb kbira. Beltin li kienu ta’ eżempju ta’ onestà u imħabba lejn il-proxxmu u imħabba bla qies lejn il-familja u l-ħbieb.” 

Joffri l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari, qraba u ħbieb kollha. “Il-Belt Valletta llum bkiet. Strieħu fis-Sliem ħbieb tiegħi u grazzi ta’kollox. Kondoljanzi lill-familji Bonaci u Lapira.” Noffru s-simpatija tagħna maż-żewġ familji.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI