“Il-Beltin Jitilfu Lil Zarena… Kienet Tħobb Lil Kulħadd”

Il-komunità Beltija tinsab imnikkta bil-mewt ta’ Żarena. Ray Azzopardi, mill-Belt sellem il-memorja tagħha bi kliem mill-isbaħ!

Hu kiteb, “Il-Beltin jitilfu lil Zarena… kienet tħobb lil kulħadd. Il-ħsad reġa’ qiegħed fuqna il-Beltin. Din id-darba kien imiss lil Żarena. Żarena kont inqisha bħala n-nanna tiegħi li qatt ma kelli. Għal xi snin kienet in-nanna peress li kont membru tal-familja tagħha. Kienet tħobbni anki wara li ma bqajtx membru u kienet ta’ spiss iċċempel biex tkellimni.”

Ray kompla jgħid, “Illum ser insellimlek b’għafsa ta qalb għax niftakar li mhux ser narak u nisimgħak iktar. Nann, ser ngħidlek saħħa imma mhux ser ninsiek fit-talb tiegħi, mhux għax għandek bżonn it-talb imma għax naf kemm kont tħobb lil kulħadd mingħajr l-iċken mibegħda.”

Hu temm il-messaġġ tiegħu, “Inħobbok Nanna Żarena u itlob għalina specjalment għal uliedek u l-familji taghhom. Nagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha. Żaren sellilna għal dawk il-Beltin li telqu qablek. Berikni Nanna.”





Facebook / Malta, News, Photos & People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI