Sfortunatament ħarġet l-aħbar li Albert Degiorgio, raġel tant maħbub mill-Beltin, ħalliena aktar kmieni llum. Il-viċi sindku tal-Belt Valletta, Ray Azzopardi, kiteb kelmtejn dwar il-mibki Albert.
“Ħabib tiegħu u ta’ ħafna oħrajn tal-età tiegħi,” hu kiteb. “Albert Degiorgio għadu kemm ħalla din id-dinja malajr malajr. Ikona fil-Belt Valletta.”
“Konna nafuh bħala Bertu tal-Guys għax kien jiġbor ħafna żgħażagħ fil-Belt kemm ġewwa l-YMCA u kif ukoll il-ħanut tal-kantuniera.”
“bertu għadni kemm kellimtek ftit jiem ilu u qatt ma għidtli li kont qed tbati jew miġugħ. Dejjem kont bniedem pożittiv minkejja is-sempliċità tiegħek. Ħabbejniek Bert. Lilna l-Beltin tajtna żgħożija li għadna nitkellmu fuqha sal-lum.”
“Sellilna għal Beltin kolha li telqu qablek.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-qraba u ħbieb ta’ Albert.
Facebook/Ray Azzopardi