Fuq il-paġna uffiċjali It-Temp Madwarna ġie ppubblikat aġġornament ieħor rigward it-temp mistenni għal-lum it-Tnejn.
“It-temp illum il-biċċa l-kbira xemxi li jsir xi ftit jew wisq imsaħħab kultant, b’ċans ta’ xi ħalba xita iżolata fit-tieni parti tal-jum…”, tikteb il-paġna. Iċ-ċans ta’ xita u ta’ riħ huwa ta’ 40%. Ir-riħ mistenni jkun ħafif, b’Forza 2 għal 3.
Aktar tard il-baħar jitqawwa, b’imbatt ftit li xejn mil-Lvant. Skont dan l-aġġornament l-ogħla temperatura li ser ikollna llum hi ta’ 17°C mentri l-inqas tkun 12°C.