Il-Birgu Jibki T-Telfa Ta' Wieħed Minn Uliedu – Magħruf Bħala L-Pereġin

Dawk kollha ġewwa l-Birgu li għandhom għal qalbhom il-festa ta’ San Lawrenz żgur mhux forsi semgħu xi darba jew oħra bil-Pereġin, ismu propja Pawlu Mifsud. Il-Pereġin kien akkanit mill-kbar tal-festa u kien jagħti sehmu sena wara sena.





Il-Pereġin kien ħabib ta’ kulħadd, tant hu hekk li is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi tal-Birgu ingħqdet mall-poplu Vittoriosan u selmet lil Pawlu Mifsud l-Peregin. Huma għaddew ukoll il-kondoljanzi lill-familja kollha tiegħu.

Dawn l-aħħar snin il-Pereġin minħabba raġunijiet ta’ saħħa ma baqax attiv bħal ma kien qabel iżda xogħlu għadu apprezzat sal-ġurnata tal-lum. Ħafna drabi Pawlu kien jieħu ħsieb ir-restawr tal-kolonni u l-induraturi tal-pumi.

Strieħ fis-sliem Pawl! Żgur li l-poplu tal-Birgu jsellimlek u jirringrazzjak tal-ħidma tiegħek!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI