Bħalissa għaddejja r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja, fejn fiha tmien distretti qed jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tax-Shield, f’kategoriji Open u B.
B’kollox qed isiru għaxart itlielaq fiż-żewġ kategoriji, b’tellieqa oħra għan-nisa, li tkun l-ewwel waħda tal-programm.
F’din l-ewwel siegħa, il-Birgu rnexxilhom jirbħu t-tiġrija tan-nisa – Frejgatini.
L-Isla daħlu t-tieni, filwaqt li l-Marsa spiċċaw fit-tielet post.
Wieħed jista’ jsegwi xandira diretta tar-regatta fuq TVMnews+.