Il-Booking Tal-Kunċert Ta' Christina Aguilera Jinsab Magħluq Iżda Jekk Tixtieq Tara L-Kunċert U M'Għandekx Biljetti Hemm Soluzzjoni Wkoll!

Uffiċjalment ġie mħabbar li l-booking għall-kunċert ta’ Christina Aguilera huwa mibjugħ! Eluf kbar huma mistennija li jattendu għall-kunċert tal-għeluq ta’ EuroPride. Dawk kollha li ma rnexxielhomx jakkwistaw biljetti għal dan il-kunċert, xorta waħda se jkunu jistgħu jsegwu l-kunċert.

Dan għaliex ħa jkun qed jintrama screen kbir fi Pjazza Tritoni sabiex aktar nies jistgħu jinġabru hemm sabiex isegwu dan il-kunċert. Kunċert li mistenni jkun wieħed memorabbli. L-artista ta’ fama mondjali se tkun qed tagħti wirja f’pajjiżna għall-ewwel darba u l-eċitament huwa kbir!

Qed isir appell ukoll biex, bejn l-15:45 u l-17:00, dawk kollha li m’għandhomx għalfejn jidħlu l-Belt, għada waranofsinhar jevitaw li jagħmlu dan minħabba li Triq Sant’Anna se tkun magħluqa għat-traffiku minħabba l-Pride March.

Il-bibien għall-kunċert mhux ser jifthu qabel is-18:00. B’hekk dawk li mhux se jattendu l-Pride March ma għandhomx għalfejn ikun hemm qabel dan il-ħin! Xerrdu l-aħbar ħalli kollox jimxi kif suppost għada għal dan l-avveniment storiku f’pajjiżna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI