Il-kumpanija Apple qed tbiddel l-emoji tas-siringa tagħha biex tneħħi d-demm iqattar, għax issa dan l-emoji qed jintuża ħafna biex wieħed jitkellem dwar il-vaċċin tal-Covid-19. Il-verżjoni l-ġdida ta ‘Apple m’għandha xejn ġewwa l-labra, qabel kienet mimlija bl-aħmar biex jirrappreżenta d-demm.
“Dan jagħmel l-emoji aktar versatili meta jintuża biex jiddeskrivi t-tilqima Covid-19,” spjegat Emojipedia, sit li jikkataloga l-ikoni. Is-sit jirrapporta żieda qawwija fl-użu tal-emoji tas-siringa s-sena li għaddiet biex titkellem dwar il-vaċċin Covid.
L-Emojipedia qalet li filwaqt li s-siringa darba kienet assoċjata mad-donazzjoni tad-demm, rat bidla notevoli biex tintuża għat-tilqim, flimkien ma’ emoji oħra bħal maskra tal-wiċċ jew mikrobu. Sa Diċembru, l-ikona kienet saret assoċjata ma’ kliem bħal “vaċċin”, “Covid-19”, “Pfizer”, u “Moderna”, qalet.
Apple is introducing a new vaccine emoji by repurposing this existing emoji 💉 https://t.co/oj5ucmyac7
— Emojipedia (@Emojipedia) February 16, 2021