Il-Coronavirus qed jinfirex mid-djar tan-nies minn viżitaturi li meta jiġu f’darek jagħfsu l-qanpiena tal-bibien, jużaw ix-xugamani u jaqsmu l-pożati, wissa politiku Irlandiż Varadkar. Infatti hu spjega li hemm il-ħtieġa li jiġu pprojbiti ż-żjarat fid-djar madwar il-pajjiż, is-Sur Varadkar qal li hemm differenza fundamentali fl-imġieba tan-nies f’ambjenti domestiċi.
“In-nies qed jersqu viċin wisq ta’ xulxin, qed jibqgħu flimkien għal żmien twil wisq,” huwa qal. “Qed jgħaddu l-virus billi jagħfsu l-qanpiena tal-bieb, billi jaqsmu kuċċarina, billi jużaw il-kamra tal-banju u jħalluh fuq xugaman. Dawk l-affarijiet kollha xerrdu l-mard u huwa għalhekk li kellna nagħmlu dan.”
Varadkar kien qed jispjega l-aħħar sett ta’ restrizzjonijiet soċjali li daħal fis-seħħ il-Gvern Irlandiż nhar l-Erbgħa fi sforz biex jitrażżnu n-numri dejjem jiżdiedu.