Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija lill-midja qal li anzjan ta’ 71 sena miet waqt li kien każ attiv bil-Covid-19. Jidher li l-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Settembru.
Il-Ministeru jgħid, “Għalkemm matul dawn l-aħħar jiem kellu testijiet negattivi tal-Covid-19, minħabba s-sintomi relatati mal-Covid-19 li kien qed ibati bihom, dan il-każ baqa’ jitqies bħala każ attiv tal-Covid-19.” Huma żiedu li l-anzjan, kellu kundizzjonjiet ta’ saħħa ulterjuri ġie nieqes fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, mill-ġdid jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.
Facebook / Mater Dei