Il-pandemija tal-COVID-19 ġennet lil kulħadd u d-dinja ġiet ta’ taħt fuq. Imma minkejja dan, il-ġurnalista u preżentatriċi Maria Muscat, magħrufa bħala La Barokka, ħadet aspett pożittiv minn dan kollu.
“Ħafna minna qed inkunu turisti f’pajjiżna u napprezzaw is-sabiħ li għandna, nkluż fil-lukandi u stabbilimenti oħra. Il-Covid vera ġiegħlna nsofru imma minnu ħareġ ukoll il-ġid, li napprezzaw dak li għandna madwarna. Ngħid għalija kburija wisq b’pajjiżi,” kitbet Maria fuq il-midja soċjali.
X’taħseb int? Taqbel magħha jew laqtitek wisq ħażin din il-pandemija?
Facebook/Maria La Barokka Muscat