Il-Prinċipessa Eugenie qed tistenna l-ewwel tarbija tagħha mar-raġel Jack Brooksbank. Il-Palazz ta’ Buckingham ħabbar l-aħbar ilbieraħ filgħaxija, u żvela fi stqarrija, “li qed jistennew tarbija fil-bidu tal-2021.”
View this post on Instagram
Id-dikjarazzjoni kompliet, “Id-Duka ta’ York u Sarah, Dukessa ta’ York, is-Sur u s-Sinjura George Brooksbank, ir-Reġina u d-Duka ta’ Edinburgh huma kuntenti bl-aħbar.” Il-Prinċipessa Eugenie ċċelebrat ukoll l-aħbar b’post tassew ħelwa fuq Instagram, “Jien u Jack aħna tant eċitati għall-bidu tal-202,” qalet hi. Għalkemm il-koppja ilhom miżżewġin għal kważi sentejn, Eugenie u Jack ilhom flimkien għal aktar minn għaxar snin.
View this post on Instagram
Huma ċċelebraw għaxar snin flimkien f’April ta’ din is-sena, u Eugenie żvelat fuq Instagram li kienu qegħdin fi kwarantina flimkien matul il-pandemija tal-Coronavirus.