Fuq is-sit Ingliż ta’ BBC tħabbret storja emozzjonali immens hekk kif missier ta’ 30 sena biss li ħalla din id-dinja f’Lulju li għadda, Stuart Mithcell, instab mod kif jattendi kunċert tal-mużiċist favorit tiegħu Tiesto l-Ġimgħa li għadda.
Li ġara hu li l-familja tiegħu talbet liż-żewġ kuġini tiegħu Ryan u Liam biex meta jattendu l-kunċert jieħdu lil Stuart magħhom biex “ikun preżenti għall-aħħar darba.” Skont BBC jidher li l-familja bagħtet ittra liż-żewġ ġuvintur fejn qaltilhom li tapprezza jekk jieħdu xi irmied ta’ Stuart magħhom u jisparawh permezz ta’ kanun tal-konfetti. B’dan il-mod Stuart ikun preżenti waqt kunċert li kien jattendi kieku kien għadu ħaj. L-istess irmied intbagħat mill-familja flimkien mal-ittra.
Diversi siti u paġni fuq il-midja soċjali tkellmu dwar din l-istorja emozzjonanti, u Ryan stess tefa’ fuq il-profil tiegħu diversi ritratti u tkellem dwar din l-esperjenza. Ma nistgħux nesponu ritratti esklussivi ta’ dan l-avveniment sentimentali minħabba li Ryan innifsu jikteb fil-post biex ritratti minn tiegħu ma jiġux użati mingħajr permess. Tista’ tidħol HAWN biex tara aktar dwar din l-istorja.