Il-paġna uffiċjali tal-Gozo Fast Ferry tat aħbar li kienet tant mistennija għal min ikollu bżonn jivjaġġa minn ġżira għall-oħra. Is-servizz kien waqaf għal ftit jiem għaliex kellna temp ikrah u s-servizz tal-ferry kien ikun ta’ periklu għall-passiġġieri li kieku ma twaqqafx.
Issa li kkalma xi ftit it-temp, il-paġna ħabbret li s-servizz se jerġa’ jingħata.
Huma kitbu, “Messaġġ ta’ servizz: Il-Fast Ferry t’Għawdex se terġa’ tibda taħdem għada, il-Ħadd 25 ta’ Jannar.”
Żiedu jgħidu, “Nirringrazzjaw lill-passiġġieri għall-paċenzja u l-kooperazzjoni tagħhom, u ninsabu ħerqanin biex nerġgħu nilqgħukom magħna.”
Nittamaw li t-temp jibqa’ kalm biex is-servizz ikompli għaddej iwassal il-Maltin u l-Għawdxin minn gżira għall-oħra b’wiċċ il-ġid.
Facebook / Gozo Highspeed