L-attriċi Maltija Stephanie Agius qasmet ritratt mas-segwaċi ta’ Instagram tagħha li fih ħabbret li hi u l-maħbub tagħha fl-aħħar huma sidien ta’ dar ġdida flimkien.
Hi tkompli billi tikteb li għalkemm għaddew minn ħafna nżul u tlajja’ flimkien, xorta waħda rnexxielhom jaslu għal dan il-pass importanti.
Għalkemm bħalissa l-maħbub tagħha, l-attur Kurt Magri, qiegħed jgħix barra minn Malta, hi ttemm il-post tagħha bil-kliem “Il-fatt li ngħixu f’pajjiżi differenti mhux ser iżommna milli nibnu l-futur tagħna flimkien.”
View this post on Instagram