Fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Nature Trust itellgħet storja ħelwa kif Mayo; l-isem li ngħata lill-fekruna waslet fiċ-ċentru ta’ salvataġġ madwar sentejn ilu u ma kinitx f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Mhux talli hekk, talli kellha wkoll materjal tas-sajd imqabbad ġo fiha li tneħħa bil-galbu mill-veterinarju Dr. Gruppetta.

Ritratt: Facebook/ Nature Trust – FEE Malta
Mayo kellha wkoll infezzjoni u ma kinitx qed tiekol. Bil-kemm kienet tiekol 100 gramma sardin. Imma l-istorja nbidlet u issa Mayo qed tiekol ‘il fuq minn 600 gramma ta’ ħut.
Bil-mod il-mod, Mayo qed tipprepara ruħha li tmur lura fid-dar naturali tagħha; il-baħar. Idħol fuq il-paġna ta’ Nature Trust u ara kif tista’ tgħin fir-rijabilitazzjoni ta’ din il-fekruna ħelwa u ssostnieha jew taddottaha!
Ritratt: Facebook/ Nature Trust – FEE Malta