"Il-Festi Setgħu Stennew La Kien Hemm Minnhom Ma Sarux!" – Titkellem Stilista Tax-Xagħar Urtata

Stilista tax-xagħar esprimiet id-diżappunt tagħha dwar il-fatt li l-festi qed isiru bla miżuri ta’ xejn u fil-ħwienet tax-xagħar ħafna miżuri għadhom imposti.

Hi qalet, “Mela biex immorru naraw il-Madonna u l-festi kollha, kulħadd imkaħħal ma’ xulxin mingħajr distanza soċjali u bla maskri, ma jimpurtax, imma ġo ħanut tax-xagħar tista’ ddaħħal sa żewġ persuni, kulħadd bil-maskri, jiġu jagħmlu l-inspections matul l-gimgħa u ħafna restrizzjonijiet! Mhux fair hux.”





Tkompli tistqarr, “Naħseb il-festi setgħu stennew la kien hemm minnhom ma sarux! Mhux sew! Pajjiż bla rispett, egoist u bla valuri. Imma għal karta pesta kollox nagħmlu! Oqogħdu ċapċpu u wara tgħidx kemm nibku!”

Kien hemm min ikkumenta li dawn l-affarijiet mhux qed isiru fil-festi biss imma anke f’postijiet fejn iż-żgħażagħ jiltaqgħu jiddevertu. S’issa konna furtunati li bil-miżuri li ġew applikati, in-numru ta’ każijiet niżlu għal erbgħa.



X’taħsbu dwar il-punt li qed tqajjem?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI