Mużika Mużika huwa festival b’kanzunetti bil-lingwa Maltija li sar propju f’Marzu li għadda, f’nofs pandemija. Kien wieħed minn dawk l-avvenimenti li saru bir-restrizzjonijiet u b’struttura differenti min-normal. Madanakollu l-parteċipanti ċertament li ser jibqgħu jgħożżu din l-esperjenza, u kellhom xi jgħidu wkoll!
Janice Mangion titkellem dwar din l-esperjenza fejn issemmi kemm swielha tajjeb il-festival ta’ Mużika Mużika, u kemm kienet deċiżjoni tajba li tipparteċipa fih. Infatti, Janice tinkoraġġixxi lill-artisti lokali biex jemmnu fihom infushom u jipparteċipaw huma wkoll. “Il-Festival tani esperjenza maġika, u professjonali għall-aħħar. Nemmen li l-artisti lokali għandhom jaspiraw biex jieħdu sehem għaliex ikollhom opportunità tad-deheb li jinterpretaw materjal oriġinali bil-Malti m’orkestra fuq livell nazzjonali.”
Janice Mangion kantat il-kanzunetta Teżor flimkien ma’ George Curmi Il-Puse (Emil Calleja Bayliss/ Mark Scicluna/ Cyprian Cassar). Fit-tieni serata kantat il-kanzunetta Fomm Il-Vjolin flimkien ma’ Georgina Abela.