Il-kantant Aldo Busuttil huwa favur l-ambjent – fil-verità, kulħadd għandu jkun għax mingħajr l-ambjent u s-siġar mhux possibbli li nirċievu l-ossiġnu li għandna bżonn biex nieħdu n-nifs.
Fuq Facebook, Aldo wieġeb għal messaġġ realistiku li kiteb is-sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manchè, fuq il-midja soċjali. Bażikament, is-Sur Borg Manchè żvela żewġ ritratti tal-Gżira tal-1895, meta kienet għadha għelieqi biss.
“Illum li mifqugħin bil-bini b’popolazzjoni ta’ 20,000 kull kilometru kwadru… naraw kif ħa nieklu mill-unika post ta’ żvog li fadal. Ma nistax nifhem xi kwalità ta’ ippjanar hu dan. Ma nistax naqbad art ta’ dan ir-raġunament,” kiteb is-Sur Borg Manchè.
Aldo qabel ħafna miegħu u qal li hu “Sindku li verament wera f’diversi kwistjonijiet ambjentali jpoġġi lil-lokalità l-ewwel.” Aldo kompla jgħid; “Meta s-Sindku ta’ integrita’ jara li l-awtoritajiet qed ikunu inġusti joħroġ fil-media u mhux jistaħba u mhux biss jiġieled f’bibien magħluqa!”

“Interessanti l-Fgura u l-Ġżira t-tnejn mifqugħin b’ġungla tal-kontrit u tniġġiż ta’ traffiku. Mhux li kont tiġi tmexxi l-Kunsill tal-Fgura Conrad!” tenna Aldo.
Facebook/Aldo Busuttil