“Il-Flus Mhux Kollox. Is-Saħħa U L-Irġulija L-Aqwa. Li Meta Tgħaddi Minn Quddiem Xi Ħadd, Jgħid ‘Dan Raġel’” – Manwiel Lamaj

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The People of Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Manwiel Lamaj li qasam magħhom kelmtejn sbieħ.

Hu qal, “Jiena bqajt ġuvni. Inħossni tajjeb waħdi. La għadni b’saħħti u għadni sew ma rrid lil ħadd. Għandi 72 sena. Sa qabel il-Covid 19 kont noħroġ ma’ sħabi, kienu jiġu għalija u jġerruni, għax jien ma nsuqx. Għamiltha ma’ ħafna nies u qatt ma kelli trouble ma’ ħadd.”

Żied, “Kont naħdem fuq il-baħar. Skola m’għandix. Lin-neputijiet ngħidilhom biex lill-baħar iżommuh biss bħala delizzju u jitgħallmu l-iskola. Għax meta ma tkunx taf l-iskola jkollok bżonn in-nies. Il-flus mhux kollox. Is-saħħa u l-irġulija l-aqwa. Li meta tgħaddi minn quddiem xi ħadd, jgħid “dan raġel.””







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI