Il-Forzi Armatii Ta’ Malta Jfakkru L-Memorja Ta’ Oliwia Wojnowska Waqt Quddiesa U Tqegħid Ta’ Kuruni Ta’ Fjuri Fiċ-Ċirkewwa

Oliwia Wojnowska

Ilbieraħ filgħodu, fiċ-Ċirkewwa saret ċerimonja solenni u mimlija riflessjoni, hekk kif il-Forzi Armati ta’ Malta ngħaqdu ma’ diversi entitajiet oħra għall-Quddiesa ddedikata lil Oliwia Wojnowska, it-tifla ta’ 13-il sena li tilfet ħajjitha l-ġimgħa l-oħra.

Sar anke tqegħid ta’ kuruni ta’ fjuri b’ġieħ il-memorja ta’ Oliwia. Il-quddiesa ġiet ikkonċelebrata minn diversi saċerdoti, fosthom il-Kappillan tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Kaptan Fr. Joe Meli.

Fr. Joe jesprimi messaġġ ta’ empatija u jisħaq fuq il-valur tal-ħajja u l-bżonn tas-solidarjetà f’mumenti ta’ tbatija u niket.

It-telfa ta’ Oliwia ta’ 13-il sena ħalliet impatt qawwi fuq il-pajjiż kollu, u din il-ġimgħa kienu ħafna Maltin u Għawdxin li esprimew sentimenti ta’ niket, riflessjoni u empatija fuq il-midja soċjali.

F’dan il-mument diffiċli, il-ħsibijiet u t-talb jibqgħu mal-familja tagħha, bit-tama li jsibu l-qawwa u l-faraġ meħtieġa biex jgħaddu minn dan l-uġigħ kbir.

Prosit lill-forzi talli wrew tant appoġġ anke permezz ta’ quddiesa u ċerimonja.







Ritratti:

Facebook/ Malta, News, Photos and People

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI