Il-Fotografu U Direttur Lokali Dan J Mallia Se Jkun Qed Jidher Fil-Logħba James Bond 007 First Light

Il-fotografu Malti u direttur tal-films Dan J Mallia uffiċjalment rebaħ il-kompetizzjoni ta’ James Bond ‘Photo Mode’ fejn il-premju huwa li jidher fil-logħba l-ġdida ta’ James Bond 007 First Light. Biex jirbaħ il-kompetizzjoni, hu kellu jtemm b’suċċess tmien sfidi tal-fotografija fil-logħba stess.

Dan J Mallia huwa wkoll id-direttur tal-film Malti Pains Embrace, li fih ħa sehem Pierre Luc Pace magħruf għall-parteċipazzjoni tiegħu fuq Love Island Malta, u kien ukoll membru tal-crew fuq Enola Holmes 3.

Ninsabu kburin immens bih u nawgurawlu għal din l-opportunita` eċitanti. Nittamaw li nkomplu naraw iżjed mix-xogħol tiegħu fl-arti tal-fotografija u tal-films, u nawgurawlu għal ferm iktar suċċess!

Ritratt:

Instagram / danjmallia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI