Il-Bank of Valletta għadu kemm ippubblika twissija għall-pubbliku rigward xi scams li hawn mas-saqajna. Din mhux l-ewwel darba li qed tiġri, u għaldaqstant, il-BOV jagħtu struzzjonijiet ċari f’każ li xi ħadd jirċievi xi tip ta’ kontenut qarrieqi.
“Il‑frodisti qed jużaw emails foloz li jidhru bħal li kieku ġejjin mill‑Bank of Valletta biex iqarrqu bin‑nies. Tagħfasx fuq links. Tiftaħx attachments.”
BOV jkomplu, “Uża biss il‑website jew l‑app uffiċjali tal‑BOV L‑urġenza hija sinjal ta’ periklu. Ieqaf. Iċċekkja. Ipproteġi lilek innifsek.”
Attenti għax jidher li għad hawn ħafna individwi li qed jippruvaw iqarrqu bin-nies.
Facebook/ BOV