F’Jannar tal-2026, wara l-avvenimenti meteoroloġiċi estremi kkawżati mill-maltempata Harry, ġiet osservata u dokumentata għall-ewwel darba formazzjoni ta’ blata li qabel kienet moħbija jew mgħottija minn konkos jew bidliet kostali artifiċjali.
Din il-formazzjoni, li qed tiġi riferuta proviżorjament bħala Haġret Lapsi, qajmet interess xjentifiku, storiku u toponomiku minħabba l-pożizzjoni tagħha u n-natura tal-oriġini tagħha.
S’issa, għadu mhux ċar jekk din il-blata kinitx iżolata qabel is-snin erbgħin, qabel il-modifikazzjonijiet estensivi tal-kosta u l-użu mifrux tal-konkrit, jew jekk dejjem kinitx viċin u marbuta b’mod naturali ma’ blat ieħor fil-madwar.

Sabiex tiġi indirizzata din l-inċertezza, qed isir studju sistematiku ta’ mapep storiċi, dokumentazzjoni arkivistika u sorsi kartografiċi antiki, bil-għan li jiġi traċċat l-istat oriġinali ta’ din il-formazzjoni u jiġi stabbilit jekk qatt kinitx tikkonstitwixxi bhala ħaġra iżolata jew parti mill-kosta.
L-esponiment tagħha jidher li huwa direttament marbut mal-enerġija qawwija tal-baħar waqt il-maltemp, li x’aktarx neħħiet sediment akkumulat u bidlet il-morfoloġija tal-kosta, u b’hekk żvelat element ġeoloġiku li sa ftit ilu kien baqa’ mhux dokumentat jew inosservat.
F’dan il-kuntest, l-isem tagha isegwi prattika toponomika stabbilita, fejn karatteristiċi naturali jiġu marbuta ma’ avvenimenti ambjentali sinifikanti relatati mal-iskoperta jew il-viżibbiltà tagħhom.

Għalkemm nifhmu li bosta persuni jħossu nostalġija qawwija lejn dan is-sit u l-madwar tiegħu, huwa t-tama tagħna li kwalunkwe żvilupp futur jirrispetta l-integrità ta’ din il-formazzjoni.
Li titħalla tiżviluppa u tinteraġixxi mal-proċessi naturali tal-baħar, b’intervent uman minimu, ikun pass importanti sabiex jiġu ppreservati l-valuri xjentifiċi, ekoloġiċi u kulturali tagħha.
Idealment, dan il-post għandu jitħalla kemm jista’ jkun naturali, bħala parti minn pajsaġġ kostali dinamiku u li qed jevolvi kontinwament.
Dan l-istudju u d-dokumentazzjoni marbuta ma’, Il-Ġebla Ġdida, se jkunu parti integrali mill-pubblikazzjoni li jmiss ta’ Arnold u Jeffrey Sciberras, li se tiffoka fuq it-toponomija, l-ismijiet tradizzjonali u aspetti relatati mal-ġeografija storika tal-gżejjer Maltin.
Il-kitba ġiet mogħtija minn Arnold u Jeffrey Sciberras, li anke provdulna ritratti ta’ din il-blata.
Arnold u Jeffrey Sciberras