“Il-Ġimgħa Li Għaddiet Tajna L-Aħħar Tislima Lill-Kelb Tal-Pulizija Thor, Membru Leali U Dedikat Tal-Forza Tal-Pulizija Sezzjoni K9” – Il-Forza Tal-Pulizija

Il-forza tal-pulizija sellmu membru minn tagħhom li ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem, il-kelb għażiż Thor.

Huma kitbu, “Insellmulek, K9 Thor. Il-ġimgħa li għaddiet tajna l-aħħar tislima lill-kelb tal-pulizija Thor, membru leali u dedikat tal-forza tal-pulizija sezzjoni K9. Twieled fis-sena 2015, u inghaqad mal-K9 Unit fis-sena 2017 fejn ġie mħarreġ fil-protezzjoni, tfittxija ta’ suspettati, u identifikazzjoni tal-persuni permezz tar-riħa tagħhom. Matul is-servizz tiegħu, Thor kellu rwol importanti jagħti appoġġ lill-pulizija u jżommna siguri.”



Żiedu jgħidu, “Għal dawn l-aħħar sitt snin, Thor għex mal-ħandler tiegħu, mhux biss bħala kollega iżda bħala familja. Kellhom konnessjoni u relazzjoni speċjali.”



Strieħ fis-sliem għażiż Thor. Napprezzaw immens il-ħidma tiegħek.



Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI