Il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola fuq il-midja soċjali għamlet twissija fuq il-midja soċjali biex in-nies joqgħodu aktar attenti.
Hi bdiet billi qalet: ”In-numru ta’ każijiet tal-Covid li qegħdin naraw bħalissa f’pajjiżna hu nkwetanti. Dan huwa żmien diffiċli għal eluf ta’ familji u negozji li ħasbu li l-agħar żmien kien għadda. Partikolarment, dan huwa żmien iebes għal min jinsab waħdu, għal min hu marid u vulnerabbli u għal dawk kollha li qattgħu x-xhur li għaddew f’kundizzjonijiet diffiċli.”
“Il-ġimgħat li ġejjin iħollu u jorbtu. Hekk kif irid ikompli jingħata l-vaċċin u r-ritmu jiżdied, hemm bżonn li ma jitpoġġewx aktar ħajjiet f’perikli.”
Spiċċat il-messaġġ tagħha billi nkoraġġiet il-ħarsien tal-miżuri: “Oqgħodu attenti. Aħslu jdejkom. Żommu d-distanza. Ilbsu maskra. Aħdmu mid-dar permess ta’ teleworking fejn possibbli. Aħsbu f’ta madwarkom. Irrispettaw ir-regoli. Flimkien irridu ngħaddu minn dan iż-żmien iebes.”
Facebook/Roberta Metsola