Il-ġisem ta’ Naya Rivera, l-attriċi ta’ Glee nstab ilbieraħ it-Tnejn fix-xmara f’Kalifornja. Rivera kriet dgħajsa mat-tifel tagħha ta’ 4 snin. Meta ma rritornawx id-dgħajsa, raġel mill-post tal-kiri ra lil binha waħdu rieqed fuq id-dgħajsa u l-attriċi ma kienet tidher imkien.
F’dan il-filmat, wieħed jista’ jara l-aħħar passi tal-attriċi hekk kif waslet fuq il-post ma’ binha. Il-filmat mehud minn filmat ta’ CCTV li jinstab viċin.
Ġisem Rivera nġibed mill-ilmijiet tal-Lag Piru, madwar 56 mil fil-majjistral tal-belt ta’ Los Angeles u nstab eżattament seba’ snin wara li l-kollega tagħha fi Glee Cory Monteith li nstab mejjet.
Fis-serje Glee, Rivera kienet tat prestazzjoni tal-kanzunetta The Band Perry If I Die Young f’episodju li sellem lill-ħajja ta’ Monteith. Uħud mill-familjari u stilel oħra mis-sensiela inġabru ħdejn ix-xmara sabiex isellmu l-memorja ta’ Naya. Tistgħu taraw dan fil-filmat t’hawn taħt.
“Glee” actress Naya Rivera was found dead after going missing on a Southern California lake.
Loved ones gather on the lakeshore where her body was found. https://t.co/QWyj2pbJEB via @luxury @AP (Video via @QuickTake) pic.twitter.com/BR2prHprAp— Bloomberg (@business) July 14, 2020
Facebook / Naya Rivera