Ir-rock band Linkin Park ħabbru kantanta ġdida, Emily Armstrong, li se tingħaqad magħhom għall-album u t-tur il-ġdid tagħhom. L-eks kantant ewlieni tal-grupp, Chester Bennington, sfortunatament ħalliena fl-2017.
Emily Armstrong se tingħaqad mal-membri Mike Shinoda, Brad Delson, Phoenix u Joe Hahn għall-proġetti li ġejjin tal-band. Armstrong se taqsam il-vokali ma’ Shinoda, filwaqt li Colin Brittain se jingħaqad ukoll bħala d-drummer il-ġdid tal-grupp.
Il-band ħabbret il-line-up il-ġdida tagħhom qabel it-tnedija tal-album li jmiss tagħhom From Zero u tour dinji ġdid.
Ħafna fans ma kinux kuntenti b’din it-tħabbira, u ħassewhom ingannati bis-sostituzzjoni tal-ikona tal-band – Chester Bennington.