Il-Gurillu Jsir Ir-Re Tan-Nuggets Tat-Tiġieġ Hekk Kif Jikser Ir-Rekord Li Kien Stabilit Ftit Jiem Ilu

Rekord nazzjonali ġdid ingħaqad mal-lista dejjem tikber ta’ kisbiet lokali rikonoxxuti minn Malta Records. Ilbieraħ, f’residenza privata ġewwa l-Marsa, ġie ppreżentat rekord li kiser dak preċedenti relatat mal-konsum tan-nuggets tat-tiġieġ fi żmien limitat.



Ir-rekord għall-ikbar ammont ta’ nuggets tat-tiġieġ li persuna tiekol f’10 minuti kien stabbilit għal 35 nugget, b’piż totali ta’ madwar 700 gramma. Dan ir-rekord issa ġie miksur mill-Gurillu, li rnexxielu jiekol 35 nugget waqt l-isfida.



L-avveniment kien segwit live minn numru ta’ telespettaturi permezz ta’ TikTok fuq il-profil ta’ Kyle Formosa. Skont Malta Records, għalkemm il-Gurillu kiel 36 nugget, l-aħħar waħda ma laħaqx kielha kollha, u għalhekk ir-rekord uffiċjali jibqa’ rikonoxxut bħala wieħed li jaqbeż il-limitu preċedenti b’mod validu skont ir-regolamenti stabbiliti.



Il-preżentazzjoni saret f’atmosfera ta’ entużjażmu u kurżità, b’Malta Records tkompli tissottolinja l-importanza li dawn ir-rekords jiġu osservati u vverifikati b’mod professjonali.

Prosit lil Gurillu, li minn issa ’l quddiem jista’ jissejjaħ uffiċjalment ir-re tan-nuggets tat-tiġieġ fil-gżejjer Maltin. Gwida tkompli ssegwi dawn l-inizjattivi li, b’mod oriġinali u divertenti, ikomplu juru t-talenti u l-kisbiet mhux tas-soltu tal-Maltin.

Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI